MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 394kWORD 61k
13.6.2016
PE585.267v01-00
 
B8-0837/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar forom ġodda ta' użu mill-ġdid ta' basktijiet tal-plastik sabiex jonqos l-ammont li jispiċċa fil-baħar


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar forom ġodda ta' użu mill-ġdid ta' basktijiet tal-plastik sabiex jonqos l-ammont li jispiċċa fil-baħar  
B8-0837/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew (2013/2113(INI));

–  wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni (COM(2013)0123)final,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont rapport reċenti tan-NU, is-saħħa tal-oċeani u tal-flora u l-fawna marina jinsabu serjament fil-periklu minħabba diversi fatturi fosthom il-preżenza ta' basktijiet tal-plastik fl-ibħra tagħna;

B.  billi, skont studju li sar mill-UNEP fl-2015, għoxrin miljun tunnellata ta' plastik jispiċċaw fl-oċeani kull sena;

C.  billi, minkejja l-eżistenza ta' ċerti tipi ta' plastik imsejjaħ bijodegradabbli, il-bijodegradabilità sħiħa tista' sseħħ biss taħt kundizzjonijiet partikolari u għalhekk rari ħafna;

D.  billi t-tniġġis marittimu jista' jaffettwa s-saħħa tal-bniedem minħabba li dawk li jikkunsmaw il-ħut, jistgħu jibilgħu indirettament sustanzi tossiċi tal-plastik;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi studji estensivi biex tidentifika modi ġodda ta' użu mill-ġdid ta' basktijiet tal-plastik sabiex jitnaqqas l-ammont ta' plastik li jispiċċa fil-baħar u għalhekk tkun konformi mal-impenji tan-NU f'dan ir-rigward.

Avviż legali