Proċedura : 2016/2800(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0839/2016

Testi mressqa :

B8-0839/2016

Dibattiti :

PV 28/06/2016 - 4
CRE 28/06/2016 - 4

Votazzjonijiet :

PV 28/06/2016 - 5.1
CRE 28/06/2016 - 5.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 61k
24.6.2016
PE585.269v01-00
 
B8-0839/2016

imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit  (2016/2800(RSP))


Gilles Lebreton

f'isem il-Grupp ENF

<<<


Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit  (2016/2800(RSP))  
B8-0839/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra r-riżultat tar-referendum tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar is-sħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2016 dwar ir-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jifraħ lill-poplu Brittaniku talli wettaq b'mod deċiżiv l-eżerċizzju tiegħu ta' demokrazija diretta, u barra minn hekk jiċċelebra r-restituzzjoni storika tas-sovranità invjolabbli tal-popli;

2.  Iħeġġeġ lill-Prim Ministru tar-Renju Unit, bir-rispett dovut għar-riżultat tar-referendum, jagħti bidu għall-proċedura skont l-Artikolu 50 tat-TUE sabiex jikkalma t-taqlib fis-suq mill-aktar fis possibbli;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

 

Avviż legali