Proċedura : 2016/2800(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0841/2016

Testi mressqa :

B8-0841/2016

Dibattiti :

PV 28/06/2016 - 4
CRE 28/06/2016 - 4

Votazzjonijiet :

PV 28/06/2016 - 5.1
CRE 28/06/2016 - 5.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 61k
24.6.2016
PE585.271v01-00
 
B8-0841/2016

imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit (2016/2800(RSP))


Syed Kamall

f'isem il-Grupp ECR

<<<


Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit (2016/2800(RSP))  
B8-0841/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jinnota li r-referendum fir-Renju Unit dwar is-sħubija tiegħu fl-Unjoni Ewropea rriżulta f'vot ta' 51.9 % favur il-ħruġ; jirrispetta din id-deċiżjoni demokratika tal-poplu Brittaniku;

2.  Jagħraf li r-relazzjoni bejn is-27 Stat Membru l-oħra tal-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit issa daħlet f'fażi ta' tranżizzjoni fi tħejjija għall-ħruġ formali tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea;

3.  Jinnota li n-negozjati dwar il-ftehim dwar il-ħruġ għandhom jibdew f'qasir żmien u għandhom isiru skont l-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; jitlob li dawn in-negozjati jsiru b'rispett u attenzjoni bil-għan li jiġi żgurat li l-ftehim dwar il-ħruġ jipprevedi l-istabbiliment ta' sħubija pożittiva u kostruttiva bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit fil-futur;

4.  Iħeġġeġ lill-mexxejja tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri jħarsu lejn ir-riżultati tar-referendum fir-Renju Unit bħala sinjal importanti ta' skuntentizza ġenerali; jistedinhom jirriflettu dwar il-mod kif l-Unjoni għandha tiġi riformata sabiex din toqrob lejn iċ-ċittadini u tiggarantixxi konformità akbar mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill Ewropew, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

Avviż legali