MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 60k
18.6.2016
PE585.277v01-00
 
B8-0845/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-kundizzjonijiet tat-trasport u tal-qtil taż-żwiemel maħsuba għall-konsum fl-Unjoni Ewropea


Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kundizzjonijiet tat-trasport u tal-qtil taż-żwiemel maħsuba għall-konsum fl-Unjoni Ewropea  
B8-0845/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, kull sena, aktar minn 100 000 żiemel jinġarru lejn l-Unjoni Ewropea u fit-territorju kollu tagħha fuq distanzi twal bla bżonn bil-għan illi jinqatlu;

B.  billi ċ-ċifri tal-2008 għal Franza juru li 15 820 żiemel inqatlu għal-laħam, u li minnhom 7 220 kienu ġew importati ħajjin mill-Polonja, l-Arġentina jew Spanja;

C.  billi investigazzjoni mwettqa mill-Fondazzjoni Bardot kixfet ħafna każijiet ta' ksur tar-regolamentazzjoni Ewropea fis-suq Pollakk u dak Franċiż rigward it-trasport fit-tul jew il-kundizzjonijiet tal-qtil deplorevoli f'biċċeriji Franċiżi akkreditati;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tinforza r-regolamentazzjoni Ewropea u tikkontrolla aħjar it-trasport taż-żwiemel barra mill-Unjoni Ewropea;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni tnaqqas gradwalment kull qtil taż-żwiemel maħsuba għall-konsum u tappoġġa pjuttost l-industriji Franċiżi tradizzjonali tat-trobbija tal-annimali sabiex tiġi indirizzata l-kriżi attwali;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu l-istess regoli ta' rispett għall-benessri tal-annimali fil-ftehimiet kummerċjali kollha konklużi ma' pajjiżi terzi.

 

Avviż legali