MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 61k
23.6.2016
PE585.278v01-00
 
B8-0846/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar in-nanopartikoli


Isabella Adinolfi

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar in-nanopartikoli  
B8-0846/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi jipprevedi li kwalunkwe ingredjent li jkun fih nanomaterjali għandu jiġi indikat fil-lista tal-ingredjenti u segwit mill-kelma "nano" f'parentesi;

B.  wara li kkunsidra li, wara studju metroloġiku u testijiet fil-laboratorju kkummissjonati lil National Laboratory, l-assoċjazzjoni Franċiża Agir pour l'environnement ddenunzjat il-preżenza ta' diversi nanomaterjali fl-ikel preżenti fis-suq Ewropew u n-nuqqas ta' konformità min-naħa tal-produtturi għall-obbligi li jimmarkawhom;

C.  wara li kkunsidra li l-effett bijoloġiku tal-interazzjoni ta' kull nanopartikola maċ-ċelluli u t-tessuti jista' jvarja skont id-daqs, bħal fil-każ tad-diossidu tat-titanju, li ma jagħmilx ħsara fil-forma ta' frak mikrometriku iżda li huwa kklassifikat bħala "possibbilment karċinoġeniku" fil-verżjoni nano;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi miżuri li, flimkien ma' tikkettar obbligatorju, jinfurmaw b'mod dettalljat lill-konsumaturi dwar il-preżenza ta' nanopartikoli fl-ikel li jinsab fis-suq Ewropew.

Avviż legali