MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 61k
21.6.2016
PE585.279v01-00
 
B8-0847/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-ħarsien tad-dritt għall-interpretazzjoni


Isabella Adinolfi

Mozzjoni ta' riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħarsien tad-dritt għall-interpretazzjoni   
B8-0847/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. wara li kkunsidra li d-Direttiva 2010/64/UE tistabbilixxi (l-Artikolu 5(2)) li l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jistabbilixxu reġistru jew reġistri ta' tradutturi u interpreti li huma kwalifikati b'mod xieraq;

B.  wara li kkunsidra li fl-Italja, id-Direttiva ġiet trasposta permezz tad-Digriet Leġiżlattiv 32/2014, iżda ma hemm l-ebda referenza dwar it-twaqqif tal-imsemmi reġistru;

C.  wara li kkunsidra li fis-sistema ġuridika Taljana ma jidhirx li tipprevedi b'mod inekwivokabbli għal garanzija ta' ingaġġ ta' interpreti u tradutturi legali li huma kwalifikati b'mod xieraq sabiex tiġi mħarsa l-ekwità tal-proċedimenti kriminali, iżda sempliċiment tipprevedi għas-sejħa ta' persuni li għandhom għarfien ta' lingwa barranija mingħajr prova ta' taħriġ u ħila teknika fil-qasam ġuridiku u tal-proċedura legali;

D.  wara li kkunsidra l-importanza tal-interessi mħarsa;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rapport li fih hija tivvaluta sa liema punt l-Istati Membri adottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-Direttiva msemmija.

Avviż legali