MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 61k
11.6.2016
PE585.282v01-00
 
B8-0849/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-perikli tal-influss ta’ migranti, b'mod partikolari għan-nisa u għall-omosesswali


Sophie Montel, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-perikli tal-influss ta’ migranti, b'mod partikolari għan-nisa u għall-omosesswali  
B8-0849/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Kummissjoni sostniet li kien neċessarju li l-migranti jiġu milqugħa, u billi hija stabbilixxiet għodod ta' tqassim ta' dawn il-immigranti irregolari fit-territorji tal-Istati Membri;

B.  billi, madankollu, dawn il-migranti s’issa wrew in-nuqqas ta' adattament tagħhom għall-ħajja fis-soċjetajiet tagħna, partikolarment permezz tal-atti tagħhom ta’ fastidju u ta’ persekuzzjoni tan-nisa u tal-omosesswali;

1.  jitlob lill-Kummissjoni tiddokument b'mod preċiż il-każijiet ta' tnaqqis tad-drittijiet tan-nisa u tal-omosesswali fiż-żoni li fihom intlaqgħu il-migranti;

2.  jitlob lill-Kummissjoni twaqqaf milli tkompli bil-politika ta’ akkoljenza tal-migranti, tal-inqas abbażi tal-prinċipju ta’ prekawzjoni.

 

Avviż legali