MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 396kWORD 62k
31.5.2016
PE585.283v01-00
 
B8-0850/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


sur le gazage des oies aux Pays-Bas


Dominique Bilde, Philippe Loiseau, Mylène Troszczynski

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-iggassjar tal-wiżż fin-Netherlands  
B8-0850/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija għal tweġiba bil-miktub E-000568/2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-awtoritajiet tan-Netherlands regolarment taw permessi għall-qbid u l-qtil tal-wiżż għall-fini li jiġu evitati l-problemi għall-għelejjel jew għal raġunijiet ta' sikurezza u ta' saħħa pubblika;

B.  billi din il-prattika tidher li hija waħda persistenti u billi huwa stmat li qrib il-150 000 Wiżża Griża, 150 000 wiżża Artika (Branta leucopsis), 50 000 Silfjun Ewropew, eċċ., jiġu ggassjati kull sena fin-Netherlands;

C.  billi Franza tipprojbixxi l-kaċċa tal-Wiżż Griż fix-xahar ta' Frar fuq it-territorju nazzjonali, filwaqt li l-pajjiżi Nordiċi jmorru jiffaċċjaw popolazzjoni żejda ta' dan il-wiżż;

D.  billi rapport tal-konvenzjoni ta' riċerka PROCEED/ISNEA/FNC jindika li qabel it-tieni deċennju ta' Frar, l-ebda Wiżża Griża ma tagħmel it-traġett tar-ritorn fuq il-postijiet fejn tbejjed;

1.  jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jnaqqsu gradwalment u mbagħad iwaqqfu għalkollox din il-prattika ta' ggassjar tal-wiżż u jipprevedu s-soluzzjonijiet kollha meħtieġa ta' sostituzzjoni, b'mod partikolari b'koordinazzjoni mal-federazzjonijiet tal-kaċċaturi;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

Avviż legali