MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 473kWORD 61k
20.6.2016
PE585.293v01-00
 
B8-0856/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-politika favur l-immigrazzjoni tal-Kummissjoni


Edouard Ferrand, Mara Bizzotto, Matteo Salvini, Dominique Martin

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-politika favur l-immigrazzjoni tal-Kummissjoni  
B8-0856/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi f'intervista riċenti fil-gazzetta Frankfurter Allgemeine Zeitung id-Dalai Lama qal li dan il-kontinent qed jospita wisq migranti: "L-Ewropa, il-Ġermanja b'mod partikolari, ma tistax issir pajjiż Għarbi: il-Ġermanja hija l-Ġermanja";

B.  billi skont Tenzin Gyatso li rebaħ il-Premju Nobel għall-Paċi fl-1989: "Meta nħarsu lejn il-wiċċ ta' kull refuġjat, speċjalment dawk tan-nisa u tat-tfal, inħossu s-sofferenza tagħhom, u bniedem li jgawdi mill-aħjar kundizzjonijiet għandu r-responsabilità li jgħin. Iżda min-naħa l-oħra, bħalissa hawn wisq minnhom";

1.  Jinnota li din hija proposta b'sens komun estrem li ġejja minn awtorità morali rikonoxxuta universalment;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tirrevedi l-politika tagħha mhux meqjusa favur l-immigrazzjoni.

Avviż legali