MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 59k
20.7.2016
PE585.296v01-00
 
B8-0859/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-ħsara kkawżata mid-Direttiva dwar il-ħaddiema kollokati


Edouard Ferrand, Mara Bizzotto, Matteo Salvini, Dominique Martin

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħsara kkawżata mid-Direttiva dwar il-ħaddiema kollokati  
B8-0859/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, fl-2015, skont il-Kummissjoni nazzjonali għall-ġlieda kontra l-impjieg illegali, l-awtoritajiet Franċiżi rreġistraw xejn inqas minn 286 025 ħaddiem kollokat, b'żieda ta' 25 % meta mqabbel mas-sena ta' qabel;

B.  billi jidher li x-xejra kienet l-istess fl-ekonomiji Ewropej il-kbar kollha;

1.  Jinnota li din hi ċifra insostenibbli għas-swieq tax-xogħol fil-pajjiżi ospitanti;

2.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tieħu nota tal-ħsara kkawżata mid-Direttiva dwar il-ħaddiema kollokati u tabolixxi din il-miżura, li hija l-kawża ta' ħafna frodi u dumping soċjali bla preċedent fl-Ewropa.

 

Avviż legali