MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 398kWORD 64k
20.6.2016
PE585.309v01-00
 
B8-0872/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-twaqqif tan-negozjati ta' adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja


Steeve Briois, Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar it-twaqqif tan-negozjati ta' adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja   
B8-0872/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni(1) li jistabbilixxi qafas kuntrattwali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2016 dwar ir-rapport tal-2015 dwar l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għamlet talba ta' adeżjoni mal-Unjoni Ewropea fl-2004 u billi hija kisbet l-istatus ta' pajjiż kandidat fl-2005;

B.  billi l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ma tissodisfax il-kriterji ta' adeżjoni mal-Unjoni fil-qasam tal-libertà tal-mezzi tax-xandir, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u r-rispett tal-pluraliżmu politiku;

C.  billi l-Unjoni Ewropea ma tistax timponi fuq il-ġirien tagħha, bħar-Russja, il-viżjoni tagħha ta' drittijiet tal-bniedem fis-soċjetà jekk tintegra fi ħdanha Stat li ma jirrispettax id-drittijiet fundamentali, u b'hekk iġġiegħel lil min jiddubita dwar il-kredibilità u l-leġittimità tagħha fl-istituzzjonijiet internazzjonali;

1.  Jitlob it-twaqqif immedjat tan-negozjati ta' adeżjoni tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fl-Unjoni Ewropea;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

(1)

http://ec.europa.eu/enlargement/pdf/the_former_yugoslav_republic_of_macedonia/saa03_01_en.pdf.

(2)

http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P8-TA-2016-0091+0+DOC+XML+V0//FR.

Avviż legali