MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 396kWORD 62k
14.7.2016
PE585.310v01-00
 
B8-0873/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-kontroll effettiv tas-sanità tal-frott taċ-ċitru importat fl-UE


Clara Eugenia Aguilera García, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Jordi Sebastià

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kontroll effettiv tas-sanità tal-frott taċ-ċitru importat fl-UE  
B8-0873/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal emenda tal-annessi tad-Direttiva 2000/29/KE dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.billi jqis il-proposta tal-Kummissjoni li jiġi emendat l-anness tad-Direttiva 2000/29/KE billi jitnaqqas il-livell ta' kontroll tal-pesta tat-tikek suwed fuq iċ-ċitru (black spot) u tal-kankru taċ-ċitru (citrus canker) fil-frott taċ-ċitru importat destinat għall-ipproċessar f'meraq tal-frott;

B. billi, ladarba prodott ikollu aċċess għas-suq intern, m'hemm l-ebda garanzija li huwa destinat għall-ipproċessar u li ma jistax jipperikola ż-żoni tal-produzzjoni;

1.Jistieden lill-Kummissjoni ma tipperikolawx is-sanità veġetali tal-kultivazzjoni taċ-ċitru Ewropea;

2. Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-proposta tagħha li temenda l-anness u żżomm l-istess livell ta’ kontroll kontra dawn il-pesti, tkun xi tkun id-destinazzjoni tal-frott taċ-ċitru importat fl-UE.

Avviż legali