MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 395kWORD 61k
22.6.2016
PE585.311v01-00
 
B8-0874/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-kaċċa għall-baleni u għad-dniefel fil-Gżejjer Faeroe


Dominique Bilde, Marie-Christine Boutonnet, Sylvie Goddyn

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kaċċa għall-baleni u għad-dniefel fil-Gżejjer Faeroe  
B8-0874/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Unjoni Ewropea adottat miżuri biex tipproteġi ċ-ċetaċji kontra l-kaċċa, il-qbid jew id-detenzjoni u kontra l-perturbazzjoni intenzjonata jew l-iskambju kummerċjali, inkluż f'dak li jirrigwarda l-prodotti li jsiru minnhom li joriġinaw minn pajjiżi terzi;

B.  billi l-massakri taċ-ċetaċji jippersistu fil-Gżejjer Faeroe;

C.  billi jqis il-preżenza tat-tfal li jitħallew jaraw il-qtil u t-tqattigħ sussegwenti;

D.  billi nstabu merkurju u tossini fil-laħam tal-baleni li joħolqu riskju għas-saħħa tal-bniedem;

E.  billi jinqatlu medja ta' 800 balena fis-sena, u dan iwassal għal ħafna aktar baleni maqtula minn kemm hu meħtieġ għall-konsum;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni, b'osservanza tal-awtonomija ġuridika tal-Gżejjer Faeroe, tat-tradizzjonijiet tagħhom u tal-bżonnijiet alimentari tagħhom, biex tibda diskussjonijiet mad-Danimarka u l-awtoritajiet tal-Gżejjer Faeroe biex wieħed jirregola aħjar il-grindadráp u jiġu evitati r-riskji għas-saħħa sabiex din il-prattika titwaqqaf progressivament;

2.  Jitlob lid-Danimarka biex issawwar l-ispejjeż futuri tagħhom fir-rigward tal-Gżejjer Faroe għall-promozzjoni ta' tneħħija gradwali tal-ikel li jiġi mill-grindadráp.

Avviż legali