MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 61k
23.6.2016
PE585.312v01-00
 
B8-0875/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-trasport ta' annimali


Isabella Adinolfi

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-trasport ta' annimali  
B8-0875/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru.  1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport jipproteġi l-annimali waqt it-trasport fl-Istati Membri kollha, biex tkunilhom evitata tbatija żejda;

B.  billi skont l-Artikolu 13 TFUE, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, jirrispettaw bis-sħiħ ir-rekwiżiti tal-benessri tal-annimali meta jkunu qegħdin jifformulaw u jimplimentaw il-politiki, ladarba l-annimali huma ħlejjaq senzjenti;

C.  billi fil-Kawża C-424/13, il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea ddeċidiet li r-regolament għandu jiġi rispettat anke fil-pajjiżi terzi meta l-annimali jitilqu mill-Istati Membri tal-UE;

D.  billi l-istħarrriġ dwar it-trasport tal-annimali, li dam 5 snin u li saru fuq il-fruntiera Torka ta' Kapikule, annota annimali li kienu mġiegħla jivvjaġġaw f'temperaturi għoljin immens, mingħajr ilma u l-anqas ikel, midruba u mingħajr spazju biex iżommu rashom 'il fuq, maħżuna fil-ħmieġ tagħhom u mingħajr l-ebda possibilità ta' kura;

E.  billi l-esportazzjonijiet mill-Italja lejn it-Turkija kkwadrupplikaw bejn l-2014 u l-2015;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal miżuri li jagħtu importanza lill-benesseri tal-annimali fuq l-interessi kummerċjali tal-Istati involuti fl-operazzjonijiet tat-trasport.

Avviż legali