MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 396kWORD 59k
11.6.2016
PE585.318v01-00
 
B8-0879/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


sensji fis-suq tal-istokkijiet deċiżi mill-impriża Żvizzera Geberit


Sophie Montel, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar sensji fis-suq tal-istokkijiet deċiżi mill-impriża Żvizzera Geberit  
B8-0879/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, sena ilu, il-Grupp Żvizzeru Geberit xtara Sanitec u inkluda l-marka Allia mal-grupp tiegħu;

B.  billi, madankollu, fis-17 ta’ Mejju, il-177 impjegat tas-sit ta' Digoin u s-86 impjegat tas-sit ta’ La Villeneuve-au-Chêne skoprew li kienu se jingħalqu s-siti;

C.  billi fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, il-Grupp Geberit esperjenza tkabbir tal-fatturat tiegħu b'żewġ ċifri, prinċipalment permezz tal-akkwiżizzjoni ta’ Sanitec; billi fl-2015, il-fatturat ta’ Geberit kien diġà qabeż b'24 % għal EUR 2,6 biljun;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal rapport dwar l-aħjar modi li jridu jiġu implimentati sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jevitaw is-sensji fis-suq tal-istokkijiet.

Avviż legali