MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 60k
11.5.2016
PE585.321v01-00
 
B8-0882/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-ġlieda kontra d-deforestazzjoni illegali u l-importazzjonijiet illegali tal-injam fl-UE


Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-ġlieda kontra d-deforestazzjoni illegali u l-importazzjonijiet illegali tal-injam fl-UE  
B8-0882/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Istati Membri kollha tal-UE għandhom jimplimentaw ir-regolament dwar il-kummerċ tal-injam fil-ġlieda kontra d-deforestazzjoni illegali, imma erba’ Stati (il-Greċja, l-Ungerija, ir-Rumanija u Spanja) għadhom ma integrawx kompletament ir-regolament;

B.  billi l-injam illegali jista’ dejjem jiġi importat fl-UE permezz tal-erba’ pajjiżi msemmija hawn fuq;

C.  billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri indikat li, fil-kuntest tal-Pjan ta’ Azzjoni Komunitarju dwar l-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT), EUR 300 miljun allokati lil 35 pajjiż bejn l-2003 u l-2013 kellhom biss riżultati “dgħajfa”;

D.  billi d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti huma responsabbli għal kważi 20 % tal-emissjonijiet dinjija tas-CO2;

1.  Jitlob li l-Kummissjoni tistabbilixxi strateġija ċara għall-perijodu 2016–2020 għall-ġlieda kontra d-deforestazzjoni u twaqqaf kompletament kull importazzjoni fl-UE ta’ injam illegali permezz tal-applikazzjoni tar-regolament u kontroll akbar fil-fruntieri tal-Istati Membri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni u lill-Kunsill.

 

Avviż legali