MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 395kWORD 61k
30.6.2016
PE585.323v01-00
 
B8-0884/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-projbizzjoni ta’ sustanzi tossiċi fit-tampuni u l-prodotti ta' protezzjoni femminili


Jean-François Jalkh, Sylvie Goddyn, Mireille D'Ornano

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-projbizzjoni ta’ sustanzi tossiċi fit-tampuni u l-prodotti ta' protezzjoni femminili  
B8-0884/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżultati ta’ studju li sar mill-assoċjazzjoni "60 miljun konsumatur", ippubblikat fit-23 ta' Frar 2016, dwar il-kompożizzjoni tal-prodotti tal-iġjene femminili,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fl-istudju tagħha, l-assoċjazzjoni "60 miljun konsumatur" turi l-preżenza ta’ traċċi ta’ diossini, residwi ta’ kompost aloġenat ta’ glifosat u ta' residwi ta’ insettiċidi f’kampjun ta’ prodotti tal-iġjene femminili;

B.  billi l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer tikklassifika l-glifosat bħala “karċinoġenu probabbli”;

C.  billi, skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, id-dijossini jistgħu jikkawżaw mard tar-riproduzzjoni jew tal-iżvilupp, jippreġudikaw is-sistema immunitarja, ifixklu s-sistema ormonali u jikkawżaw il-kanċer;

1.  Jitlob għall-projbizzjoni ta’ sustanzi tossiċi fil-kompożizzjoni tat-tampuni u l-prodotti ta' protezzjoni femminili;

2.  Jitlob li jsiru obbligatorji l-kontrolli min-naħa tal-manifatturi fuq il-materja prima tat-tampuni u l-prodotti tal-protezzjoni femminili li huma jqiegħdu fis-suq;

3.  Jitlob għat-twaħħil tal-kompożizzjoni tat-tampuni u l-prodotti tal-protezzjoni femminili fuq l-imballaġġi kollha tal-imsemmija prodotti.

 

Avviż legali