MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 393kWORD 60k
31.5.2016
PE585.326v01-00
 
B8-0887/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' monitoraġġ sabiex impriżi ġodda fis-settur tal-innovazzjoni u tad-diġitalizzazzjoni jkunu effikaċi b'mod reali


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' monitoraġġ sabiex impriżi ġodda fis-settur tal-innovazzjoni u tad-diġitalizzazzjoni jkunu effikaċi b'mod reali  
B8-0887/2016

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 173(1) u 179 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni bit-titolu "Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea - Ingawdu l-benefiċċji kolha ta' Suq Uniku Diġitali (COM(2016) 180),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-innovazzjoni jirrappreżenta wieħed mis-setturi fejn l-UE l-iktar li investit fil-programmazzjoni attwali, u ħeġġet lill-Istati Membri biex jwettqu progress fir-riċerka u fl-iżvilupp, anke permezz tal-fondi Ewropej;

B.  billi l-istatistika turi li hemm diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri fir-rigward tan-numru ta' impriżi innovattivi li għadhom jibdew;

C.  billi minkejja li fl-aħħar snin inħolqu bosta impriżi ġodda, grazzi għall-impenn ta' imprendituri ġodda, in-numru ta' impriżi li huma innovattivi u attivi b'mod reali fis-settur diġitali hu anqas minn dak previst, u anke skont l-istatistika miġbura;

D.  billi bosta impriżi, anke jekk jiddefinixxu lilhom infushom innovattivi, mhumiex preżenti fil-kanali diġitali u għandhom siti web li ma jaħdmux jew li mhumiex aċċessibbli permezz tat-tablet u l-ismartphone;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmi biex tiżgura li l-impriżi l-ġodda jkunu verament effiċjenti fis-settur tal-innovazzjoni u li dawn jikkontribwixxu b'mod konkret u attiv għat-tkabbir diġitali Ewropew.

 

 

Avviż legali