MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 386kWORD 60k
29.6.2016
PE585.328v01-00
 
B8-0889/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-valorizzazzjoni tal-artiġjanat


Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-valorizzazzjoni tal-artiġjanat  
B8-0889/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, fi Franza, l-artiġjanat huwa definit bħala attività indipendenti, ta' produzzjoni, ħolqien, trasformazzjoni jew irkupru, tiswija jew restawr tal-patrimonju, ikkaratterizzata mill-ħila fis-sengħa u fit-teknika fir-rigward tal-ħdim tal-materjal u li tirrikjedi element artistiku;

B.  billi dan is-settur jikkontribwixxi għall-valorizzazzjoni tal-istorja u l-identità tagħna, kif ukoll għal know-how indiskutibbli, filwaqt li jiggarantixxi impjiegi lokali li ma jistgħux jiġu rilokati;

C.  billi, fi Franza biss, is-settur tal-artiġjanat jgħodd mat-38 000 kumpanija u mas-60 000 impjieg dirett u jiġġenera fatturat ta' aktar minn EUR 8 biljun;

D.  billi r-reġjun tal-Lorraine waħdu jgħodd aktar minn 1 000 negozju u professjonista fl-artiġjanat u partikolarment f'setturi ta' tradizzjoni kbira, bħall-produzzjoni tal-kristall, it-tessuti, iċ-ċeramika, il-ġebla, il-manifattura ta' strumenti mużikali tal-korda u x-xogħol fl-injam;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tgħin u tinkoraġġixxi direttament lill-Istati Membri fl-appoġġ tagħhom għall-artiġjanat, b'mod partikolari l-promozzjoni tiegħu, pereżempju fil-qafas tal-Jiem Ewropej tal-Artiġjanat.

 

Avviż legali