MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 60k
30.6.2016
PE585.331v01-00
 
B8-0891/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-talba għal linji gwida dwar it-trattament korrett u r-refriġerazzjoni ta' prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-talba għal linji gwida dwar it-trattament korrett u r-refriġerazzjoni ta' prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali  
B8-0891/2016

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 168(4) u 169 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi waħda mill-isfidi ewlenin li qed tiffaċċja l-UE fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel huwa li jitnaqqas l-għadd ta' infezzjonijiet ikkawżati minn prodotti tal-ikel;

B.  billi, meta mqabbel mal-2014 il-każijiet ta' infezzjonijiet kaġun ta' prodotti tal-ikel fl-Istati Membri naqsu l-aktar minħabba l-attività ta' kontroll u ta' ġbir ta' dejta;

C.   billi l-kooperazzjoni xjentifika fil-livell nazzjonali waħedha mhijiex biżżejjed u hu essenzjali li tixtered informazzjoni rigward it-trattament korrett ta' prodotti tal-ikel;

D.   billi minkejja l-impenn li sar mill-Kummissjoni f'Jannar 2016 biex tiffinanzja programmi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem kontra il-mard u l-infezzjonijiet trażmessi mill-annimali, hemm bżonn ta' aktar sforzi biex tiġi indirizzata l-problema;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi fl-Istati Membri kollha t-tixrid ta' linji gwida dwar it-trattament korrett u r-refriġerazzjoni ta' prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali sabiex jinvolvu b'mod attiv lill-konsumaturi biex jitnaqqas ir-riskju ta' infezzjonijiet ikkawżati minn prodotti tal-ikel ikkontaminati.

 

Avviż legali