MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 394kWORD 60k
29.6.2016
PE585.359v01-00
 
B8-0918/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-appoġġ għall-iżvilupp ta' Madagascar wara l-fenomenu El Niño


Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-appoġġ għall-iżvilupp ta' Madagascar wara l-fenomenu El Niño  
B8-0918/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi El Niño huwa fenomenu oċeaniku estensiv tal-Paċifiku Ekwatorjali, li jġib miegħu tibdil fis-sistema tal-irjieħ, fit-temperatura tal-baħar u fix-xita, u jaffettwa partikolarment lil Madagascar;

B.  billi din in-nixfa twila tiġġenera insigurtà alimentari f'parti kbira mill-popolazzjoni (1,1 miljun abitant – skont l-istimi – li 665 000 minnhom ikunu f'sitwazzjoni ta' insigurtà alimentari gravi, u dan jgħodd partikolarment għat-tfal, li aktar minn 7 % minnhom ibatu minn malnutrizzjoni akuta);

C.  billi fl-Afrika l-poljomjelite nqerdet fl-2015, iżda bejn Settembru 2014 u tmiem l-2015 fin-Nofsinhar tal-gżira ġew dijanjostikati għaxar każijiet, x'aktarx minħabba r-rata baxxa ta' tilqim fost it-tfal u minħabba problemi ta' aċċess għall-ilma tax-xorb;

D.  billi, bejn l-2014 u l-2020, l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għandhom jimmobilizzaw EUR 1 biljun għall-gżira;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni u lis-sħab tagħha jintensifikaw it-tilqim u d-disponibbiltà ta' persunal mediku u jagħtu l-appoġġ immedjat tagħhom għall-programmi ta' għajnuna alimentari f'Madagascar;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

 

Avviż legali