MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 61k
11.5.2016
PE585.360v01-00
 
B8-0919/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità tal-espressjonijiet kulturali


Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità tal-espressjonijiet kulturali  
B8-0919/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Unjoni Ewropea fl-2015 iffirmat il-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-espressjonijiet kulturali tal-UNESCO;

B.  billi din il-Konvenzjoni tfakkar li d-diversità kulturali hija "spirtu fundamentali għall-iżvilupp fit-tul tal-komunitajiet, tal-popli u tal-ġnus";

C.  ifakkar li meta ffirmat din il-Konvenzjoni, l-Unjoni Ewropea impenjat lilha nnifisha li tagħraf id-dritt sovran tal-Istati li jħarsu, jadottaw u jwettqu l-politiki u l-miżuri li jqisu xierqa għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità tal-espressjonijiet kulturali fit-territorju tagħhom;

D.  billi l-Istati Uniti tal-Amerika, stat li miegħu l-Unjoni Ewropea qed tinnegozja s-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP), mhuwiex firmatarju għal din il-Konvenzjoni;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiggarantixxu r-rispett tat-termini ta' din il-Konvenzjoni fil-qafas tan-negozjati tat-TTIP;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.

Avviż legali