imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura
dwar il-protezzjoni tad-data fl-Ewropa fil-kuntest tan-negozjati dwar it-TTIP
Dominique Bilde, Marine Le Pen, Marie-Christine Boutonnet, Mireille D'Ornano, Steeve Briois, Nicolas Bay, Philippe Loiseau, Lorenzo Fontana, Mario Borghezio, Marie-Christine Arnautu, Sylvie Goddyn, Mara Bizzotto, Florian Philippot, Sophie Montel, Joëlle Mélin, Edouard Ferrand, Mylène Troszczynski, Jean-François Jalkh, Bernard Monot, Gilles Lebreton, Dominique Martin
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-protezzjoni tad-data fl-Ewropa fil-kuntest tan-negozjati dwar it-TTIP
B8-0921/2016
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti bħalissa qed jinnegozjaw ftehim ta' kummerċ ħieles (TTIP);
B. billi, fl-Ewropa, id-data personali taqa' taħt l-ambitu tal-libertajiet fundamentali bis-saħħa tal-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni tal-1981 għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;
C. billi, fl-Istati Uniti, il-protezzjoni tad-data personali taqa' aktar taħt il-protezzjoni tal-konsumatur;
D. billi kumpaniji Amerikani bħal Facebook jew Google jittrasferixxu data Ewropea lejn l-Istati Uniti biex din tinħażen u/jew tiġi pproċessata;
E. billi l-Ftehim "Sfera ta' Sikurezza" ("Safe Harbour") ġie invalidat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) u billi l-Ftehim il-ġdid "Tarka tal-Privatezza" ("Privacy Shield") ġie appruvat;
1. Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Kunsill biex iwaqqaf in-negozjati dwar it-TTIP bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti jew, fin-nuqqas ta' dan, biex jitlob monitoraġġ aħjar tal-protezzjoni tad-data fl-Ewropa u l-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli l-ġodda tad-Direttiva tal-1995 (pereżempju l-multi għall-impriżi li jiksru r-regoli), kif ukoll biex jistabbilixxi regoli għat-trasferiment ta' data personali Ewropea lejn pajjiżi oħra barra mill-Ewropa.