MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 61k
10.6.2016
PE585.363v01-00
 
B8-0922/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-imblukkar ġeografiku


Isabella Adinolfi

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-imblukkar ġeografiku  
B8-0922/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-Direttiva 93/83/KEE tas-27 ta' Settembru 1993 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti regoli dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati ma' drittijiet tal-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable tipprevedi t-tneħħija tal-ostakli għall-moviment liberu tas-servizzi;

B.  billi liċ-ċittadini Ewropej għandhom tiġi ggarantita l-libertà ta' aċċess għall-kontenut ta' pajjiżi oħra u li kwalunkwe limitazzjoni f'dan ir-rigward tikser il-prinċipju ta' kompetizzjoni libera fi ħdan is-suq uniku diġitali Ewropew;

C.  billi f'Ġunju li għadda l-Kummissjoni permezz tad-DĠ Kompetizzjoni ddeċidiet li tiftaħ investigazzjoni dwar il-projbizzjoni użata mill-fornituri ta' servizzi fuq l-internet biex jiġi limitat l-aċċess għall-kontenut skont il-pajjiż fejn issir il-konnessjoni, l-hekk imsejjaħ imblukkar ġeografiku (geoblocking);

D.  billi limitu ta' żmien għall-portabbiltà tal-kontenut diġitali fi ħdan is-suq tal-UE għall-viżwalizzazzjoni tal-kontenut minn barra l-pajjiż, ikun qiegħed jikser id-drittijiet tal-konsumatur li għandu jkollu aċċess għal kontenut online, bħalma jagħmel fil-pajjiż fejn normalment jgħix anki meta jkun imsiefer temporanjament;

1.  jistieden lill-Kummissjoni tħejji miżuri li jinċentivaw b'mod effettiv il-ħarsien tad-drittijiet tal-konsumatur Ewropew.

Avviż legali