MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 61k
15.6.2016
PE585.364v01-00
 
B8-0923/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-omofobija


Isabella Adinolfi

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-omofobija  
B8-0923/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi reċentement f'Orlando seħħet l-agħar straġi bl-użu ta' armi tan-nar fl-Istati Uniti, li matulha tilfu ħajjithom iżjed minn 50 persuna waqt attakk f'gay club;

B.  billi fis-7 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza ppubblikat il-ħames rapport dwar l-Italja li fih, fir-rigward tal-ħarsien tad-drittijiet tal-persuni LGBT, ikkonstatat li hemm lakuni fl-edukazzjoni sesswali fl-iskejjel u għalhekk irrakkomandat li jittieħdu miżuri li jippromwovu tolleranza reċiproka, irrispettivament mill-orjentament sesswali jew l-identità tal-ġeneru;

C.  billi r-rakkomandazzjonijiet imniżżla fir-rapport imsemmi ser ikunu soġġetti għal proċedura ta' monitoraġġ intermedju mwettqa mill-ECRI fi żmien sentejn;

D.  billi skont l-Artikolu 19 tat-TFUE, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jadottaw il-prinċipji bażiċi tal-miżuri ta' inċentivazzjoni tal-Unjoni maħsuba biex jappoġġaw l-azzjonijiet tal-Istati Membri sabiex jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq miżuri li jgħinu biex titneħħa kwalunkwe sitwazzjoni li xxekkel it-tgawdija sħiħa tad-dritt għal-libertà ta' orjentament sesswali.

Avviż legali