MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 395kWORD 61k
4.7.2016
PE585.367v01-00
 
B8-0926/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-perikli tal-fazzjonaliżmu u r-radikalizzazzjoni fi klabbs sportivi mhux professjonali


Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-perikli tal-fazzjonaliżmu u r-radikalizzazzjoni fi klabbs sportivi mhux professjonali  
B8-0926/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.billi l-isport mhux professjonali qed isir post dejjem aktar favorevoli għall-fazzjonaliżmu kif ukoll għar-radikalizzazzjoni skont diversi rapporti tas-Servizz Ċentrali tal-Intelligence territorjali, tal-Fondazzjoni ta' Appoġġ għall-Vittmi tat-Terroriżmu jew tas-CNRS;

B.billi aktar minn nofs tal-liċenzji sportivi huma miżmuma minn żgħażagħ ta' inqas minn 20 sena, pereżempju, fi Franza;

C.billi din il-popolazzjoni żagħżugħa hija l-aktar fraġli meta taffaċċja l-indotrinazzjoni u l-pressjoni psikoloġika; fil-fatt, fi Franza, minn 4 091 rapport ta' persuni radikalizzati li jaslu għand l-Unità ta' Koordinazzjoni tal-Ġlieda Anti-Terroristika, 2 486 rapport jikkonċernaw lil żgħażagħ taħt l-età ta' 25 sena, jiġifieri iktar minn 60 %;

1. jistieden lill-Kummissjoni tinkludi studju dwar ir-radikalizzazzjoni fl-isport fil-proġett li jmiss tagħha bil-għan li tipprevjeni t-terroriżmu;

2. iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu l-importanza tal-isport fil-proġetti tagħhom għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

 

Avviż legali