MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 60k
5.7.2016
PE585.371v01-00
 
B8-0930/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-regolamentazzjoni ta' nanomaterjali fl-ikel


Sophie Montel, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-regolamentazzjoni ta' nanomaterjali fl-ikel  
B8-0930/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-assoċjazzjoni Franċiża Agir pour l'environnement (Naġixxu għall-Ambjent) fi studju reċenti wriet li ħafna prodotti tal-ikel fihom in-nanomaterjali, jiġifieri partiċelli ta' anqas minn 100 nm;

B.  billi r-Regolament Ewropew tal-2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi diġà jipprovdi għall-ittikkettar tal-prodotti li fihom in-nanomaterjali, iżda li dan ir-Regolament mhuwiex biżżejjed biex jipprevjeni r-riskji marbuta man-nanomaterjali u huwa applikat ħażin;

C.  billi bosta riċerkaturi jqisu fil-ħidma tagħhom li n-nanomaterjali għandhom il-karatteristika partikolari li jakkumulaw fit-tessuti tal-ġisem uman, li dawn diffiċli jkunu eliminati u għalhekk jinvolvu riskji sanitarji sinifikanti għall-konsumaturi;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tagħti bidu għal riflessjoni dwar modi kif jittejbu r-regolamentazzjoni u t-traċċabilità tal-ikel li fih nanomaterjali.

 

Avviż legali