MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 388kWORD 63k
24.6.2016
PE585.372v01-00
 
B8-0931/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar is-sostenn għall-industrija tal-ħalib Taljana


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sostenn għall-industrija tal-ħalib Taljana  
B8-0931/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Unione nazionale di Imprese (Unimpresa) dan l-aħħar tenniet li l-kriżi serja ħafna fis-settur tal-ħalib Taljan u l-avarija inġustifikata bejn l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-ħalib (40 ċenteżmu għal kull litru) u dak li jirċievu l-produtturi mill-industriji l-kbar (inqas minn 30 ċenteżmu għal kull litru) ħolqu dejn għoli ta' dawn tal-aħħar;

 

B.  billi fl-industrija tal-ħalib fl-Italja ntilfu 10 000 post tax-xogħol fl-irziezet tat-trobbija tal-bhejjem u 7 000 post ieħor fis-setturi relatati (makkinarju agrikolu, impjanti, bini ta' stalel, settur tal-għalf) u billi l-għadd ta' stalel niżel minn 200 000 fl-1990 għal 40 000 fl-2015, b'telf ta' aktar minn 80 %;

 

C.  billi l-irziezet tat-trobbija tal-bhejjem għandhom bżonn, barra minn hekk, mill-inqas 10 snin biex jikkonsolidaw l-produzzjoni tagħhom, billi l-għeluq tagħhom jikkawża ħsarat enormi għas-settur kollu u billi l-kriżi attwali tpoġġi f'riskju serju wieħed mis-setturi ewlenin ta' produzzjoni ta' kwalità Taljani u Ewropej;

 

Jistieden lill-Kummissjoni:

 

1.  Tistabbilixxi Bord ta' koordinament permanenti bejn l-istituzzjonijiet, il-produtturi u l-industrija tal-ħalib sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet tar-raħħala;

 

2.  Jiġu allokati fondi straordinarji biex isostnu s-settur tal-ħalib fl-Italja.

 

Avviż legali