Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0932/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0932/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI  dwar il-ftuħ tal-Kapitolu 33 tan-negozjati ta' adeżjoni mat-Turkija

8.6.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Sophie Montel, Florian Philippot

B8-0932/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ftuħ tal-Kapitolu 33 tan-negozjati ta' adeżjoni mat-Turkija

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fit-30 ta' Ġunju 2016, il-Kapitolu 33 (“regoli finanzjarji u baġitarji”) tan-negozjati tal-adeżjoni mat-Turkija nfetaħ, biex b'hekk l-għadd totali ta' kapitoli li diġà nfetħu issa huwa sittax;

B.  billi f'Diċembru 2015, l-Unjoni Ewropea kienet diġà bdiet in-negozjati dwar il-Kapitolu 17, li jikkonċerna l-politika ekonomika u monetarja;

C.  billi dawn l-avvanzi riċenti huma l-kontraparti tal-"Patt migratorju" iffirmat f'Marzu li għadda;

D.  billi r-rabtiet oskuri bejn ir-reġim Tork u l-organizzazzjoni tal-Istat Iżlamiku, kif ukoll l-attakki ripetuti fuq il-libertà tal-istampa u l-libertajiet fundamentali ma jistgħux jiġu ttollerati;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwaqqfu n-negozjati mat-Turkija dwar l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea.