MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 393kWORD 60k
8.6.2016
PE585.374v01-00
 
B8-0933/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-indħil tal-Bank Ċentrali Ewropew fl-affarijiet politiċi tal-Istati Membri


Sophie Montel, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-indħil tal-Bank Ċentrali Ewropew fl-affarijiet politiċi tal-Istati Membri  
B8-0933/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, sal-4 ta' Frar 2015, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) kien ta deroga lill-Greċja li ppermettiet lill-banek Griegi jirriffinanzjaw lilhom infushom billi jippreżentaw titoli ta' dejn sovran bħala garanzija;

B.  billi t-tneħħija ta' din id-deroga poġġiet lis-sistema Griega fi stat ta' soffokazzjoni, bil-għan li tqiegħed pressjoni fuq il-mexxejja tal-pajjiż;

C.  billi l-BĊE fl-aħħar mill-aħħar reġa' daħħal fis-seħħ din id-deroga fl-aħħar ta' Ġunju 2016 (avolja t-tielet memorandum kien ġie ffirmat fid-19 ta' Awwissu 2015), wara li l-Greċja kienet aċċettat it-talbiet ewlenin tal-kredituri;

1.  Jitlob tibdil radikali tal-istatuti tal-BĊE, li għandu jiżgura l-indipendenza politika tiegħu fil-prattika u ma jħallihx jindaħal fl-affarijiet politiċi tal-gvernijiet;

2.  jesiġi li, maż-żmien, is-sovranità monetarja terġa' tiġi f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali.

Avviż legali