MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 60k
8.7.2016
PE585.376v01-00
 
B8-0935/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-attakk terroristiku Iżlamista fil-Bangladesh


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-attakk terroristiku Iżlamista fil-Bangladesh  
B8-0935/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-attakk terroristiku li ħadet responsabbiltà għalih l-ISIS imwettaq il-Ġimgħa l-1 ta' Lulju 2016 ħalla 20 vittma, 9 minnhom ċittadini Taljani fil-kwartier diplomatiku tal-belt ta' Dhaka;

B.  billi dawk l-attentaturi, żgħażagħ istruwiti li ġejjin minn familji sinjuri tal-Bangladesh, ittorturaw u qatlu biss lil dawk "l-infidili", jiġifieri dawk li jħaddnux il-fidi Musulmana u li għalhekk ma jafux bl-amment siltiet mill-Koran;

C.  billi l-massakru f'Dhaka wera li l-ġellieda Iżlamisti jistgħu jiġu minn kull tip ta' klassi soċjali;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tintesifika l-forom ta' ħarsien fil-konfront taċ-ċittadini Taljani u Ewropej li, minħabba raġunijiet personali jew professjonali, jinsabu f'pajjiżi fejn qegħdin joperaw il-ġellieda Iżlamisti.

Avviż legali