MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 393kWORD 53k
5.7.2016
PE585.379v01-00
 
B8-0938/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar id-determinazzjoni tar-responsabilità f'inċident tat-traffiku li jinvolvi vettura mingħajr sewwieq


Sophie Montel, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-determinazzjoni tar-responsabilità f'inċident tat-traffiku li jinvolvi vettura mingħajr sewwieq  
B8-0938/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi vetturi 100 % awtonomi, jiġifieri li jsuqu mingħajr l-assistenza ta' sewwieq, qed jiġu żvilppati f'bosta pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea;

B.  billi l-multiplikazzjoni ta' dawn il-vetturi twassal de facto għal kwistjoni tar-responsabilità f'każ ta' inċident, billi n-nuqqas ta' sewwieq li jkollu kontroll sħiħ tal-vettura jagħmel legalment aktar diffiċli d-determinazzjoni tar-responsabilità;

C.  billi din il-kwistjoni tar-responsabilità għal vetturi 100 % awtonomi mhijiex antiċipata biżżejjed fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u li hija għaldaqstant tirriżulta f'inċertezza ġuridika gravi, b'mod partikolari dwar il-produtturi tal-vetturi;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tniedi riflessjoni dwar modi biex jiġu determinati l-mekkaniżmi ta' responsabilità fil-każ ta' inċident li jinvolvi vettura mingħajr sewwieq.

Avviż legali