MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 396kWORD 62k
6.7.2016
PE585.380v01-00
 
B8-0939/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-persuni rrappurtati nieqsa fl-Unjoni Ewropea


Izaskun Bilbao Barandica, Francesc Gambús, Eider Gardiazabal Rubial, Carlos Iturgaiz, Ramón Jáuregui Atondo, Josu Juaristi Abaunz, Javier Nart, Josep-Maria Terricabras, Ramon Tremosa i Balcells, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Pablo Zalba Bidegain

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-persuni rrappurtati nieqsa fl-Unjoni Ewropea   
B8-0939/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-għanijiet taż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi kull sena fl-Unjoni Ewropea madwar 10 000 każ ta' persuni li għebu, li 25 % huma każijiet transfruntiera, jibqgħu ma jiġux solvuti;

B.  billi dawn in-nies huma vittmi potenzjali tat-traffikar tal-bnedmin;

1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw protokoll komuni għal azzjoni biex tittejjeb il-kooperazzjoni transfruntiera tal-pulizija u tal-ġudikatura, bl-involviment tal-aġenziji tal-ġustizzja u l-intern, u biex jippromwovi t-taħriġ għal persunal involut;

2.   Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffukaw fuq il-prevenzjoni permezz ta’ analiżi fil-fond tal-kwistjoni, tiswir ta' statistiki iktar omoġenji, aktar informazzjoni u kuxjenza soċjali, u t-taħriġ tal-gruppi f’riskju;

3.   Jindika l-importanza li tingħata aktar attenzjoni lill-persuni kkonċernati u li jkun hemm appoġġ u kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi f’dan il-qasam;

4.   Jistieden lill-Kummissjoni tfassal komunikazzjoni dwar strateġija komprensiva biex tindirizza l-kwistjoni tal-persuni li jgħibu.

Avviż legali