MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 60k
28.6.2016
PE585.382v01-00
 
B8-0941/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-proġett għar-rilanċ tar-riċerka militari fil-livell Ewropew


Sophie Montel, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proġett għar-rilanċ tar-riċerka militari fil-livell Ewropew   
B8-0941/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi qed tiġi studjata inizjattiva, intiża biex issalva lill-Unjoni Ewropea mid-diżintegrazzjoni, li għandha l-għan li ssaħħaħ is-setgħat tal-Unjoni fil-qasam relatat mas-sigurtà;

B.  billi l-Unjoni fil-preżent m'għandha kważi l-ebda setgħa fil-qasam tad-difiża, iżda l-politika ta' awsterità imposta minn Brussell naqqset l-approprjazzjonijiet fil-qasam tar-riċerka militari bi 30 % mill-2006 'l hawn;

C.  billi l-Kummissjoni beħsiebha tniedi "azzjoni preparatorja" fuq perjodu ta' tliet snin (bi spiża ta' EUR 90 miljun) biex tiffinanzja r-riċerka tal-industriji tas-settur tad-difiża;

D.  billi d-difiża u r-riċerka militari huma marbuta b'mod intrinsiku mas-sovranità nazzjonali u ma jistgħux jiġu dilwiti f'Unjoni b'interessi mħallta;

1.  Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jirrinunzjaw kwalunkwe integrazzjoni fil-qasam tad-difiża;

2.  Jitlob lill-Istati Membri ma jnaqqsux l-approprjazzjonijiet għar-riċerka militari.

Avviż legali