MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 395kWORD 60k
4.6.2016
PE585.384v01-00
 
B8-0943/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-attakki kontra l-Insara fin-Niġerja


Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew l-attakki kontra l-Insara fin-Niġerja  
B8-0943/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi nhar it-Tlieta 31 ta' Mejju, Peuls Musulmani attakkaw il-villaġġ ta' Ninte (Stat ta' Kaduna) fin-Niġerja;

B.  billi taw in-nar lid-dar tal-Pastor Saleh Yamusa tal-Evangelical Church Winning All, u billi l-Pastor irnexxielu jaħrab, filwaqt li tliet Insara nqatlu fl-attakk, skont xhud, u d-djar tal-Insara ngħataw in-nar;

C.  billi seħħ każ ieħor fl-Istat tan-Niġer il-Ħadd 29 ta' Mejju li għadda fil-belt ta' Pandogari, fejn Musulman żagħżugħ xewwex ċorma Muslumani oħra li attakkaw Nisrani ta' 24 sena u qatluh;

D.  billi dawn il-Mulsulmani li ħadu sehem fl-irvell marru jagħtu n-nar lill-Fellowship Baptist Church u ssakkeġġjaw knisja Nisranija oħra, u jingħad ukoll li qatlu żewġ Insara oħra;

1.  Jitlob li l-Kummissjoni tagħmel l-għajnuna tagħha għall-iżvilupp fin-Niġerja kondizzjonali fuq id-difiża tal-Insara, u li tappoġġja lill-Insara persegwitati madwar id-dinja bil-mezzi kollha possibbli li għandha għad-dispożizzjoni tagħha;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni u lill-Kunsill.

 

Avviż legali