MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 388kWORD 60k
4.7.2016
PE585.385v01-00
 
B8-0944/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-periklu sportiv il-ġdid tad-doping teknoloġiku


Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-periklu sportiv il-ġdid tad-doping teknoloġiku  
B8-0944/2016

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra il-Konvenzjoni kontra d-doping Nru 135 tal-Kunsill tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra l-protokoll addizzjonali tal-Konvenzjoni kontra d-doping Nru 188 tal-Kunsill tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-isport professjonali u tad-dilettanti juri bosta żviluppi mil-lat teknoloġiku f'dawn l-aħħar għaxar snin;

B.  billi ġew irrapportati ħafna każijiet meqjusa bħala "doping teknoloġiku", partikolarment fiċ-ċikliżmu għall-użu tal-mutur integrat, iżda wkoll fil-basketball, li fih ċerti żraben, milli jidher, jippermettu li ssir qabża notevolment ogħla;

C.  billi fl-ebda leġiżlazzjoni Ewropea marbuta mal-ġlieda kontra d-doping ma jissemma d-doping teknoloġiku;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tinkludi studju dwar id-doping teknoloġiku fl-abbozz li jmiss tagħha dwar id-definizzjoni tad-doping;

2.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu r-rwol importanti tad-doping teknoloġiku fil-pjanijiet tagħhom ta' prevenzjoni tad-doping;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

 

Avviż legali