MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 61k
5.7.2016
PE585.386v01-00
 
B8-0945/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-riskji marbuta man-nanopartiċelli


Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-riskji marbuta man-nanopartikuli  
B8-0945/2016

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 1169/2011,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi ċerti nanopartiċelli (naturali jew artifiċjali), imxerrda fl-ambjent, speċjalment fl-arja jew fl-ilma mormi, jikkawżaw problemi ta' infjammazzjonijiet qawwija ħafna fil-pulmuni, u billi hemm suspetti kbar li għandhom effetti negattivi fuq l-ambjent u fuq is-saħħa meta jinġibdu 'l ġewwa man-nifs jew jekk jidħlu fil-ġisem billi jippenetraw il-ġilda, jew permezz tal-ilma jew tal-ikel;

B.  billi n-nanohydoxyapatites manifatturati fil-forma ta' labar għadhom kemm ġew meqjusa bħala potenzjalment tossiċi mill-Kumitat Xjentifiku Ewropew dwar is-Sikurezza tal-Konsumaturi li jirrakkomanda li l-użu tagħhom fi prodotti tal-iġjene dentali bħal toothpaste ikun projbit;

C.  billi rapport tal-NGO "Friends of the Earth" jindika li n-nanomaterjali manifatturati jidħlu kullimkien, inkluż fid-dieta tat-trabi (fit-trab tal-ħalib tat-trabi), u billi hemm preokkupazzjonijiet dwar il-preżenza tan-nanotitanju fi prodotti ta' protezzjoni mix-xemx, anki bijoloġiċi, u dwar it-trattament antibatteriku ta' fliexken, gażażi u kutri tat-trabi bin-nanofidda;

1.  Jitlob li l-Kummissjoni tinkoraġġixxi miżuri bħat-tikkettar obbligatorju sabiex il-konsumaturi jkunu mgħarrfa bil-preżenza ta' nanopartiċelli fl-oġġetti tal-ikel mibjugħa fl-UE, u tappoġġja r-riċerka dwar in-nanopartiċelli u l-effetti tagħhom.

 

Avviż legali