MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 394kWORD 60k
12.7.2016
PE585.387v01-00
 
B8-0946/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-talba għal aktar assistenza finanzjarja għall-Istati Membri għat-tfassil ta' programmi ta' screening u prevenzjoni ta' kwalità kontra d-diversi tipi ta' kanċer, f'konformità mad-Direttivi tal-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal risoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-talba għal aktar assistenza finanzjarja għall-Istati Membri għat-tfassil ta' programmi ta' screening u prevenzjoni ta' kwalità kontra d-diversi tipi ta' kanċer, f'konformità mad-Direttivi tal-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer  
B8-0946/2016

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-istrateġija Ewropea għas-saħħa,

–  wara li kkunsidra d-dokument tal-Kummissjoni COM(2014) 584;

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont statistika reċenti, l-għadd ta' persuni milquta mill-kanċer fl-Ewropa għadu jiżdied b'ritmu mgħaġġel;

B.  billi huwa stmat li fil-kontinent Ewropew kull sena jmutu 500 000 persuna minħabba kanċer tas-sistema diġestiva;

C.  billi waħda mill-kawżi ewlenin ta' dawn l-imwiet hija n-nuqqas ta' informazzjoni u li dan jimpedixxi t-teħid ta' azzjoni fil-ħin biex il-marda tiġi trattata qabel ma ssir aggressiva wisq;

D.  billi l-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer ilu fis-seħħ mill-1987 u fih sensiela ta' pariri sempliċi li, jekk jiġu segwiti b'mod kostanti, inaqqsu r-riskju tal-marda tal-kanċer;

E.  billi l-prevenzjoni u l-iscreening għadhom sal-lum l-aktar metodi effikaċi biex jitnaqqas ir-riskju tal-mewt minħabba l-kanċer;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi aktar assistenza finanzjarja lill-Istati Membri għat-tfassil ta' programmi ta' prevenzjoni u screening ta' kwalità kontra kull tip possibbli ta' kanċer.

 

 

Avviż legali