MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 394kWORD 61k
12.7.2016
PE585.388v01-00
 
B8-0947/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-talba għal inċentivi ekonomiċi favur lukandi mgħammra b'kondizzjonaturi tal-arja li huma iktar effiċjenti u jniġġsu inqas


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-talba għal inċentivi ekonomiċi favur lukandi mgħammra b'kondizzjonaturi tal-arja li huma iktar effiċjenti u jniġġsu inqas  
B8-0947/2016

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2014/C 110/01,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni COM(2016) 051,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi kull sena matul il-perjodu tas-sajf f'bosta pajjiżi tal-UE ikun hemm żieda fil-konsum tal-elettriku minħabba l-użu eċċessiv ta' kondizzjonaturi tal-arja.

B.  billi l-użu ta' apparat domestiku bħal dan jikkawża emissjonijiet enormi tas-CO2 fl-atmosfera;

C.  billi, skont ċerti ċifri, huwa maħsub li, fid-dinja kollha, ikunu installati sal-2030 700 miljun kondizzjonatur tal-arja u li din it-tendenza, jekk isseħħ, se jkollha impatt drammatiku fuq l-ambjent;

D.  billi, f'xenarju bħal dan, l-installazzjoni ta' kondizzjonaturi tal-arja aktar effiċjenti mil-lat tal-enerġija tkun tirrappreżenta sinjal importanti fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

E.  billi dan l-objettiv jirrikjedi impenn globali u l-involviment tal-entitajiet ewlenin kollha responsabbli għall-konsum tal-enerġija, fosthom ta' min insemmu l-lukandi;

F.  billi l-preżenza ta' kondizzjonaturi tal-arja aktar effiċjenti fil-lukandi tista' tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jintlaħqu l-objettivi Ewropej fil-qasam tal-enerġija;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni toħloq inċentivi ekonomiċi favur lukandi mgħammra b'kondizzjonaturi tal-arja aktar effiċjenti u b'inqas tniġġis sabiex jinkoraġġixxu impenn konġunt għall-ksib ta' objettiv globali.

 

 

Avviż legali