MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 393kWORD 60k
20.7.2016
PE585.391v01-00
 
B8-0950/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-enċefalopatija sponġiformi bovina


Nicola Caputo

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-enċefalopatija sponġiformi bovina  
B8-0950/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fit-territorju Ewropew (b'mod partikolari fil-Wales) fl-aħħar ħames snin, kien hemm bosta każijiet ikkonfermati ta' enċefalopatija sponġiformi bovina, u l-aħħar każ ġie rrappurtat f'Marzu li għadda fit-territorju Franċiż;

B.  billi f’dan il-perjodu ġew ikkonfermati ukoll, każijiet tal-marda Creutzfeldt-Jakob, dejjem fit-territorju Ewropew;

C.  billi il-marda Creutzfeldt-Jakob għandha perjodu ta' inkubazzjoni ta' bejn l-4 u l-10 snin;

D.  billi l-aħħar pjan adottat mill-UE għall-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli kien ikopri l-perjodu 2010–2015;

1.  Jappella lill-Kummissjoni tadotta pjan strateġiku ġdid li jkopri l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli għas-snin ta' wara l-2015, u li jkollu l-għan li jkabbar l-effikaċja tas-sorveljanza u l-monitoraġġ tal-iżvilupp tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, u wkoll li tiġi evalwata l-effettività tal-miżuri eżistenti, u li jżomm livell għoli ta’ kontrolli sabiex jiġi evitat, li darba li jieqaf l-allarm soċjali, il-miżuri maqbula jiġu implimentati b'superfiċjalità mill-Istati Membri;

2.  Jistieden barra minn hekk, lill-Kummissjoni tħeġġeġ ir-riċerka dwar il-marda Creutzfeld-Jakob.

 

Avviż legali