MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 59k
7.5.2016
PE585.392v01-00
 
B8-0951/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar kontroll aħjar fit-trasport ta' merkanzija bl-ajru


Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar kontroll aħjar fit-trasport ta' merkanzija bl-ajru  
B8-0951/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-avvenimenti reċenti juru l-ħtieġa li jitwaqqaf netwerk ta' kontroll sħiħ għall-passiġġieri kollha u wkoll għall-oġġetti kollha ttrasportati bl-ajru;

B.  billi madwar 14.4 miljun tunnellata merkanzija bl-ajru (nazzjonali u internazzjonali) twasslu mill-ajruporti tal-pajjiżi tal-EU28 fl-2013;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tniedi strateġija ċara mal-Istati Membri biex jippermettu kontroll sħiħ tal-pakketti kollha ttrasportati f'ajruplani tal-merkanzija, iwettqu kontrolli aktar immirati tal-merkanzija li toriġina minn pajjiżi terzi, b'mod partikolari pajjiżi li qegħdin f'riskju, u jistabbilixxu standards ta' sigurtà stretti, b'mod partikolari billi jiġi appoġġjat l-aġġornament ta' ajruporti żgħar f'dak li jirrigwarda l-materjali ta' kontroll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

 

Avviż legali