MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 387kWORD 60k
18.7.2016
PE585.394v01-00
 
B8-0953/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-illitteriżmu


Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-illitteriżmu  
B8-0953/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-illitteriżmu jikkonċerna l-persuni ta' aktar minn 16-il sena li, għalkemm ikunu marru l-iskola, ma jkunux jistgħu jaqraw, jiktbu u jifhmu test dwar sitwazzjonijiet tal-ħajja tagħhom ta' kuljum;

B.  billi fi Franza biss, iċ-ċifri juru li 7 % tal-popolazzjoni jbatu minn illitteriżmu, jiġifieri 2.5 miljun persuna li minnhom 60 % huma rġiel, li 49 % minnhom jgħixu f'żoni rurali, 51 % huma f'impjieg u 53 % għandhom aktar minn 45 sena;

C.  billi l-illitteriżmu huwa ostaklu għall-impjieg, għall-appoġġ għall-edukazzjoni tal-ulied jew saħansitra riskju fil-ħajja ta' kuljum;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw aħjar il-ġlieda kontra l-illitteriżmu fil-programmi ta' taħriġ u edukazzjoni u jniedu kampanja ta' sensibilizzazzjoni bbażata fuq il-valorizzazzjoni tal-individwi sabiex jiġġieldu kontra l-illitteriżmu;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

 

Avviż legali