MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 393kWORD 60k
20.7.2016
PE585.398v01-00
 
B8-0957/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-tixrid tal-plastik fl-ibħra


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tixrid tal-plastik fl-ibħra  
B8-0957/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-iskart li jintrema fil-baħar, speċjalment il-plastik, jirrappreżenta waħda mill-akbar theddidiet għall-ambjent tal-baħar u għall-iżvilupp tal-ekonomija tal-kosta;

B.  billi l-produzzjoni tal-plastik żdiedet b'mod drammatiku mill-1964 u li, minkejja li hu kompost innovattiv li issa hu neċessarju fil-ħajja ta' kuljum, dan il-materjal jieħu għexieren ta' snin biex jiddegrada u, għalhekk, ir-rimi mhux korrett tiegħu jkollu impatt ambjentali serju;

C.  billi xi gruppi ambjentali talbu lill-Unjoni Ewropea tistabbilixxi mira vinkolanti li tipprevedi t-tnaqqis ta' mill-inqas 50 % taż-żibel fil-baħar sal-2025;

D.  billi, minħabba li jeħtieġ li tiġi żviluppata r-riċerka relatata, diġà tħejjew xi miżuri sperimentali bil-għan li jitnaddaf l-ilma tal-baħar, bħall-ilqugħ f'wiċċ l-ilma jew vapuri li jaħdmu bl-enerġija tax-xemx li jistgħu jiġbru madwar 22 miljun kilogramma ta' plastik fis-sena;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja programm speċifiku ta' riċerka u żvilupp li jiffavorixxi l-introduzzjoni ta' teknoloġiji maħsuba biex inaddfu l-ibħra minn sustanzi perikolużi għall-ħarsien tal-impatt fuq l-ambjent u l-ekonomija

 

Avviż legali