MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 60k
4.7.2016
PE585.400v01-00
 
B8-0959/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-periklu tal-użu indiskriminat tal-insettiċidi


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-periklu tal-użu indiskriminat tal-insettiċidi  
B8-0959/2016

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 191 u 193 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Unjoni Ewropea għandha l-objettiv li tipproteġi liċ-ċittadini billi tħarishom mis-sustanzi kimiċi li għandhom impatt qawwi fuq is-saħħa u l-ambjent;

B.  billi n-nemusa tigra bħalissa hija mifruxa sew fl-Ewropa u hija l-kawża tat-tifqigħa ta' għoxrin tip differenti ta' mard;

C.  billi, għall-kuntrarju tan-nemus indiġenu li jniggeż biss billejl, in-nemusa tigra hija attiva wkoll binhar, u dan iwassal biex dak li jkun jirrikorri għal użu dejjem aktar ġeneralizzat tal-insettiċidi li jiġu sprejjati fi kwantitajiet kbar;

D.  billi l-użu mifrux tal-insettiċidi, għalkemm ma jwaqqafx in-nemus tigra adult, jaffettwa b'mod sinifikanti l-ispeċijiet li għandhom jiġu mħarsa, bħan-naħal tal-għasel iddomestikat u selvaġġ, l-insetti li jarmu d-dawl (fireflies) u l-friefet, u l-inġestjoni tal-insetti min-naħa ta' speċijiet ta' annimali, bħall-għasafar u l-qniefed, huwa ta' detriment għall-iżvilupp tagħhom;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ b'kampanja ta' informazzjoni dwar il-periklu li jikkostitwixxi l-użu indiskriminat tal-insettiċidi bil-għan li tħares l-ambjent u saħħet il-bniedem.

 

Avviż legali