imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura
dwar l-apprezzament ta' xogħlijiet tal-arti minn ċittadini neqsin mid-dawl
Aldo Patriciello
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-apprezzament ta' xogħlijiet tal-arti minn ċittadini neqsin mid-dawl
B8-0960/2016
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha li tneħħi l-ostakoli li jimpedixxu persuni b'diżabilità milli jipparteċipaw fil-ħajja kulturali;
B. billi ċ-ċittadini li huma neqsin mid-dawl jew li jkollhom vista ferm ridotta, minħabba l-ostakli ta' perċezzjoni eżistenti, ta' kuljum jiffaċċjaw sitwazzjonijiet li jagħmluha impossibbli biex dawn jibbenefikaw b'mod sħiħ mill-attivitajiet li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti l-oħrajn;
C. billi l-Braille u l-mudelli mċekkna jippermettu persuna b'diżabilità viżwali li tipperċepixxi x-xogħol tal-arti, billi kemm is-sistema tal-"casellini" kif ukoll ir-riproduzzjoni ta' xogħlijiet xjentifiċi mċekkna jippermettu li persuna tipperċepixxi wkoll dettalji żgħar;
D. billi l-gwidi speċjalizzati matul iż-żjara jistgħu jispjegaw l-opra artistika mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam mal-aspetti stilistiċi u ikonografiċi, imma jistgħu wkoll jitrasmettu l-emozzjoni u s-sentimenti ta' dak li ħoloq l-opra artistika;
1. Jitlob lill-Kummissjoni tipprevedi li kull mużew ikollu itinerarji tridimensjonali jew gwidi speċjalizzati bil-ħsieb li dawn jgħinu liċ-ċittadini b'diżabilità viżwali japprezzaw xogħlijiet tal-arti maħsuba biex jiġu ammirati.