MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 394kWORD 60k
4.7.2016
PE585.402v01-00
 
B8-0961/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-talba għal studju komparattiv fiż-żoni l-aktar popolati tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea sabiex jitfassal qafas speċifiku dwar l-impatt tat-tniġġis akustiku fuq l-ambjent


Aldo Patriciello

Proposta għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-talba għal studju komparattiv fiż-żoni l-aktar popolati tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea sabiex jitfassal qafas speċifiku dwar l-impatt tat-tniġġis akustiku fuq l-ambjent  
B8-0961/2016

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/49/KE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-Direttiva 2002/49/KE tiddefinixxi l-"ħoss ambjentali" bħala l-kumpless ta' ħsejjes mhux mitluba jew ta' ħsara fl-apert maħluqa mill-attivitajiet tal-bniedem, inklużi l-ħsejjes emessi minn mezzi tat-trasport;

B.  billi skont studju riċenti mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent huma ftit l-hekk imsejħa żoni rurali trankwilli fejn it-tniġġis akustiku ma kellux impatt negattiv fuq l-ambjent;

C.  billi ż-żoni b'densità għolja ta' popolazzjoni għandhom livelli ta' tniġġis akustiku li huma neċessarjament aktar għoljin, u l-istess japplika għal żoni fejn hemm użu mhux sostenibbli u intelliġenti tal-ħamrija;

D.  billi n-nuqqas ta' informazzjoni u ta' data dettaljata dwar il-fatturi li jikkawżaw it-tniġġis akustiku taffettwa ħażin il-proċess ta' identifikazzjoni ta' mekkaniżmi li jillimitaw dan il-fenomenu u biex tiġi żgurata aktar protezzjoni ambjentali;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi studju kumparattiv u analitiku f'diversi żoni tal-Istati Membri differenti li huma l-aktar popolati biex tipprovdi qafas speċifiku tal-impatt tat-tniġġis akustiku fuq l-ambjent u tippromwovi sussegwentement politiki aktar mmirati għall-protezzjoni tal-individwi u tal-ambjent tagħhom.

 

Avviż legali