MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 61k
15.7.2016
PE585.405v01-00
 
B8-0964/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-regoli rigward l-imballaġġ tal-pakketti tas-sigaretti u l-istabbiliment ta' politika ta' prevenzjoni tat-tipjip


Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-parlament Ewropew dwar ir-regoli rigward l-imballaġġ tal-pakketti tas-sigaretti u l-istabbiliment ta' politika ta' prevenzjoni tat-tipjip  
B8-0964/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-Direttiva 2014/40/UE tistabbilixxi l-obbligi dwar l-imballaġġ tal-pakketti tas-sigaretti;

B.  billi din id-Direttiva, li tipprevedi l-informazzjoni obbligatorja "id-duħħan tat-tabakk fih aktar minn 70 sustanza magħrufa li jikkawżaw il-kanċer" u "it-tipjip joqtol", ta' wisa' superjuri jew ugwali għal 20 mm, kif ukoll li tipprevedi li pakkett sigaretti għandu jinkludi mill-inqas 20 unità u jkollu forma solida b'faċċati ta' parallelogrammi, bl-ebda mod ma naqqset ir-riskji marbuta mat-tipjip;

C.  billi 700 000 persuna jmutu kull sena kaġun tat-tipjip, li minnhom 78 000 fi Franza biss, u li huwa stmat li madwar id-dinja, 600 000 persuna jmutu minħabba t-tipjip passiv għal 5.1 miljun mewt ta' tipjip attiv;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni temenda, jew saħansitra tħassar, id-Direttiva 2014/40/UE u tniedi programm kbir ta' sensibilizzazzjoni, ta' prevenzjoni u ta' riċerka dwar ir-riskji tat-tipjip, u partikolarment it-tipjip passiv, speċjalment għal dawk l-aktar żgħar fl-età;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

Avviż legali