MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 396kWORD 62k
15.7.2016
PE585.406v01-00
 
B8-0965/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-tħassir tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Nru 543/2011 li jistabbilixxi l-karatteristiċi u d-dimensjonijiet ta' ċertu frott u ħaxix


Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tħassir tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Nru 543/2011 li jistabbilixxi l-karatteristiċi u d-dimensjonijiet ta' ċertu frott u ħaxix   
B8-0965/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea, 70 % tal-Ewropej jilmentaw dwar il-fatt li l-UE tiġġenera "piż amministrattiv żejjed";

B.  billi b'konsegwenza tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Nru 543/2011, il-lumi għandu jkollu kontenut ta' meraq ta' 20 % u dijametru minimu ta' 4,5 cm, il-klementini għandu jkollhom 40 % meraq u dijametru ta' 3,5 cm, il-larinġ tad-demm għandu jkollu 30 % meraq u l-larinġ tat-tip Navel għandu kollu 33 % meraq, b'dijametru ta' aktar minn 5,3 cm u li dan tal-aħħar irid ikollu kulur oranġjo sabiħ peress li "l-frott ta' kulur aħdar ċar li ma jkunx jaqbeż wieħed minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ ikun permess";

C.  billi dan l-eċċess ta' regoli jxekkel lill-produtturi tagħna tal-frott u l-ħaxix;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tintensifika l-ħidma tagħha ta' simplifikazzjoni regolatorja u biex tħassar malajr dan ir-Regolament jew li timpenja ruħha biex tal-anqas tagħmel riflessjoni fuq il-proċeduri ta' simplifikazzjoni fir-rigward tiegħu;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

Avviż legali