MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 61k
15.7.2016
PE585.407v01-00
 
B8-0966/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-inflazzjoni ta’ standards u regolamenti fl-Unjoni Ewropea


Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-inflazzjoni ta’ standards u regolamenti fl-Unjoni Ewropea  
B8-0966/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea, 70 % tal-Ewropej igorru li l-Unjoni Ewropea tiġġenera wisq "burokrazija";

B.  billi, kull sena, bejn 1 500 u 2 000 direttiva, regolament jew deċiżjoni huma fil-fatt votati mill-Kunsill u l-Kummissjoni u li biss biss fl-2015, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill introduċew jew emendaw 1 495 regola jew direttiva applikabbli għall-Istati Membri kollha;

C.  billi f'Mejju 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li toħloq Pjattaforma REFIT (Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni) sabiex tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar kif tista’ tissimplifika l-leġiżlazzjoni Ewropea;

D.  billi, pereżempju, l-Unjoni se tipprojbixxi fl-2017 il-vacuum cleaners b'aktar minn 900 watt jew li d-daqsijiet u l-karatteristiċi ta’ ċerti frott u ħaxix huma regolati;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tintensifika l-ħidma tagħha ta’ simplifikazzjoni leġiżlattiva u biex tiżgura li l-istandards ġodda kollha maħluqa jwasslu għat-tneħħija sistematika jew is-simplifikazzjoni - fejn il-minimu neċessarju jitqies bħala standard - ta’ żewġ standards oħra eżistenti;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

Avviż legali