MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 60k
14.7.2016
PE585.409v01-00
 
B8-0968/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar is-settur tal-frott u l-ħaxix tal-Unjoni


Clara Eugenia Aguilera García

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-settur tal-frott u l-ħaxix tal-Unjoni  
B8-0968/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-importanza tas-settur tal-frott u l-ħaxix f'termini ta' impjiegi u ta' żvilupp ekonomiku taż-żoni ta' produzzjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi dan hu settur li, bil-ftit finanzjament mill-Politika Agrikola Komuni, f'termini relattivi, qed iħabbat wiċċu ma' sfidi kbar fir-rigward tal-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u, b'mod partikolari, in-nuqqas ta' reċiproċità fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi;

B.  billi s-settur tal-frott u l-ħaxix għadu qed ibati l-konsegwenzi tal-embargo Russu u l-fatt li hu diffiċli li jinfetħu swieq ġodda għal prodotti fraġli li jiħżienu fi żmien qasir;

C.  billi l-prezzijiet attwali tal-irtirar għall-frott u l-ħaxix jirrappreżenta 15 % tal-prezz medju tas-suq u 30 % fir-rigward tat-tqassim b'xejn;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni żżid il-prezz li tagħti għal frott u ħaxix irtirat sabiex dan jitqarrab għal-livell reali tal-ispejjeż tal-produzzjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi u tiżviluppa mekkaniżmu ta' ħlas b'egħlejjel għall-ipproċessar ta' frott u ħaxix biex jitqassam b'xejn.

 

Avviż legali